| ||||||||||||||||||
Informazzjoni dwar l-H1N1 għall-ommijiet li qegħdin ireddgħu lit-tarbija
Aħsel idejk bis-sapun u bl-ilma, jew uża biċċa bl-alkoħol qabel titma’ lit-tarbija tiegħek.
Tisgħolx/tagħtasx fid-direzzjoni tat-tarbija meta tkun qribha. Jekk jista’ jkun, saqsi lill-membri l-oħra tal-familja li mhumiex morda sabiex jgħinuk bit-tarbija. Jekk dan mhux possibbli, agħtti ħalqek u mnieħrek b’tixju meta tagħtas jew tisgħol qrib it-tarbija, u aħsel idejk mill-ewwel.
Jekk qiegħda tredda’, tista’ ssaqsi lil xi ħadd li mhux marid sabiex jagħti l-ħalib tiegħek lit-tarbija. Trabi iżgħar minn 6 xhur għandu jingħatalhom il-ħalib tal-omm, li jżomm lit-tarbija f’saħħitha. L-influwenza fit-trabi tista’ tkun serja, u trabi misqija mill-flixkunjimirdu iktar ta’ sikwit u b’mod iktar serju minn trabi li jingħatalhom il-ħalib tal-omm.
L-ommijiet jipproduċu antikorpi fid-demm li jiġġieldu l-mard, u li jinsabu wkoll fil-ħalib tagħhom: din hija ħaga importanti ħafna fit-trabi, għaliex is-sistema tal-immunità tagħhom tkun għadha dgħajfa u qed tiżviluppa. L-ommijiet jgħaddu l- antikorpi lit-trabi u b’hekk jgħinuhom fil-ġlieda kontra l-infezzjonijiet u l-mard. It-trabi u t-tfal żgħar għandhom riskju ogħla li jimirdu b’mod serju meta jkollhom l-influwenza A H1N1.
L-ommijiet jistgħu ireddgħu u jieħdu mediċini kontra l-viruses (antivirals) fl-istess ħin jekk ikun hemm bżonn. Jekk ikunu morda, għandhom jiġbdu l-ħalib tagħhom fi flixkun, u jsaqsu lil persuna oħra mhux marida sabiex titma’ lit-tarbija minnu. Minkejja dan, ommijiet li jkunu qegħdin jieħdu antivirals xorta waħda jistgħu ireddgħu lit-trabi tagħhom dment li ma jkollomx sintomi ta’ influwenza bħal deni, sogħla u griżmejn misluħin.
Jekk it-tarbija tiegħek timrad, huwa importanti li tkompli treddagħha. Trabi morda jkollhom bżonn ta’ iktar likwidi minn dawk b’saħħithom, u l-ħalib tal-omm huwa l-itjeb ħaġa li jistgħu jieħdu. Jekk it-tarbija ma tkunx tiflaħ terda’ tant tkun marida, tista’ tgħinha tixrob minn flixkun, tazza, siringa jew ‘eye dropper’.
|
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||